Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Armando Álvarez, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-36/12 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq ta’ boroż industrijali tal-plastik – Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja – Obbligu ta’ motivazzjoni

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Armando Álvarez, SA (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, E. Garayar Gutiérrez u C. Ruixo Claramunt, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Álvarez vs Il-Kummissjoni (T-78/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 - Boroż industrijali) fir-rigward ta’ akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Armando Álvarez

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Armando Álvarez SA hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.

____________

1 ĠU C 89, 24.03.2012.