Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 – ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-59/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67 għall-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67

jannulla d-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ reklutaġġ miftuħa wara l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67;

jipprovdi kumpens għad-dannu materjali mġarrab li jikkonsisti fit-telf ta’ drittijiet finanzjarji marbuta man-nomina (u dan jinkludi kemm il-karriera kif ukoll id-drittijiet għal pensjoni) u, għalhekk, fil-ħlas ta’ dawn id-drittijiet b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011;

fid-dawl tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, l-għoti ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

jikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż kollha.