Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão – Juiz 1 - il-Portugall) – Rolibérica Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho

(Kawża C-834/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bit-triq – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 4(i) – Kunċett ta’ “ġimgħaˮ – Perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa – Metodi ta’ kalkolu)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão – Juiz 1

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rolibérica Lda

Konvenuta: Autoridade para as Condições do Trabalho

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħaˮ fis-sens tal-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, ma għandux neċessarjament jintemm matul il-“ġimgħaˮ, kif iddefinita fl-Artikolu 4(i) tal-imsemmi regolament.

____________

1     ĠU C 112, 25.3.2019.