Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-18/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Soċjetà tal-informazzjoni – Moviment liberu tas-servizzi – Direttiva 2000/31/KE – Responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji – Artikolu 14(1) u (3) – Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting – Possibbiltà li l-fornitur jiġi mitlub itemm ksur jew li jipprevjeni ksur – Artikolu 18(1) – Limiti personali, materjali u territorjali għall-portata ta’ ordni – Artikolu 15(1) – Assenza ta’ obbligu ġenerali fil-qasam tal-monitoraġġ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Glawischnig-Piesczek

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Dispożittiv

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li qorti ta’ Stat Membru tkun tista’:

tordna lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi l-informazzjoni li huwa jaħżen u li l-kontenut tagħha huwa identiku għal dak ta’ informazzjoni ddikkjarata illegali preċedentement jew li jibblokka l-aċċess għaliha, ikun min ikun dak li jitlob li din l-informazzjoni tinħażen;

tordna lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi informazzjoni li huwa jaħżen u li l-kontenut tagħha huwa ekwivalenti għal dak ta’ informazzjoni ddikkjarata illegali preċedentement jew li jibblokka l-aċċess għaliha, sakemm il-monitoraġġ u t-tfittix tal-informazzjoni kkonċernata minn tali ordni jkunu limitati għal informazzjoni li fiha messaġġ li l-kontenut tiegħu jibqa’ essenzjalment l-istess meta mqabbel ma’ dak li wassal għal konstatazzjoni ta’ illegalità u li fih elementi speċifikati fl-ordni u sakemm id-differenzi fil-formulazzjoni ta’ dan il-kontenut ekwivalenti meta mqabbel ma’ dik li tikkaratterizza l-informazzjoni ddikkjarata illegali preċedentement ma humiex tali li jobbligaw lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jipproċedi għal evalwazzjoni awtonoma ta’ dan il-kontenut, u

tordna lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi l-informazzjoni koperta mill-ordni jew jibblokka l-aċċess għaliha fuq il-livell dinji, fil-kuntest tad-dritt internazzjonali rilevanti.

____________

1     ĠU C 104, 19.3.2018.