Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Santen SAS vs Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

(Kawża C-673/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santen SAS

Konvenut: Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ applikazzjoni differenti fis-sens tas-sentenza NEURIM tad-19 ta’ Lulju 2012 QĠUE, C-130/11, għandu jinftiehem b’mod strett, jiġifieri:

ikun limitat għall-każ biss ta’ applikazzjoni tal-bniedem li ssegwi applikazzjoni veterinarja,

jew jikkonċerna indikazzjoni li taqa’ f’kamp terapewtiku ġdid, fis-sens ta’ prodott mediku speċjali ġdid, meta mqabbla mal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq; jew prodott mediċinali li fih l-ingredjent attiv għandu azzjoni differenti minn dak li għandu l-prodott mediċinali li kien is-suġġett tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq;

jew, b’mod iktar ġenerali, fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 1 intiż li jistabbilixxu sistema bbilanċjata li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, għandu jiġi evalwat skont kriterji iktar eżiġenti minn dawk li li jintużaw għall-evalwazni tal-possibbiltà sabiex tingħata l-privattiva tal-invenzjoni;

jew għandu għall-kuntrarju jinftiehem b’mod estensiv, jiġifieri mhux biss li jinkludi indikazzjonijiet terapewtiċi u mard differenti, iżda wkoll formulazzjonijiet, dożaġġi u /jew modi ta’ amministrazzjoni differenti?

Il-kunċett ta’ applikazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika fis-sens tas-sentenza NEURIM tad-19 ta’ Lulju 2012 QĠUE, C-130/11, jimplika li l-portata tal-privattiva bażika għandu jaqbel ma’ dik tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq invokata u, konsegwentement, tkun limitata għall-użu mediku ġdid li jikkorrispondi mal-indikazzjoni terapewtika tal-imsemmija awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq?

____________

1 Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).