Language of document :

Rikors ippreżentat fil-10 ta' Ottubru 2012 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-114/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: P. K. Rosiak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet miċħuda l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2012, li permezz tagħha ġie miċħud l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni fl-Italja lir-rikorrenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________