Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) fl-14 ta’ Settembru 2018 – Energiavirasto

(Kawża C-578/18)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Energiavirasto

Partijiet oħra: A, Caruna Oy

Domandi preliminari

L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li hija klijent konsumatur ta’ impriża li topera netwerk u li adixxiet l-awtorità nazzjonali regolatorja b’ilment kontra l-imsemmija impriża għandha tiġi kklassifikata, fis-sens tal-paragrafu 17 tal-imsemmi artikolu, bħala “entità affettwata” minn deċiżjoni tal-imsemmija awtorità u li konsegwentement għandha d-dritt tappella quddiem qorti nazzjonali minn deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità li taffettwa lil din l-istess impriża?

Jekk il-persuna msemmija fl-ewwel domanda ma għandhiex tiġi kklassifikata bħala “entità affettwata” fis-sens tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72, id-dritt tal-Unjoni jagħti lil klijent konsumatur li għandu l-istatus bħal dak tal-appellant fil-kawża prinċipali, abbażi ta’ bażi legali oħra, id-dritt li jipparteċipa, quddiem l-awtorità regolatorja, fit-trattament ta’ talba għal intervent jew id-dritt li jadixxi qorti nazzjonali b’din il-kawża, jew din il-kwistjoni tibqa’ rregolata mid-dritt nazzjonali?

____________

1     ĠU 2009, L 211, p. 55.