Language of document : ECLI:EU:T:2017:903





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 – IlGreċja vs IlKummissjoni

(Kawża T-314/15)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna favur impriża li kkonkludiet kuntratt ta’ konċessjoni għall-operazzjoni ta’ terminali ta’ kontejners fil-port ta’ Pireus – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi – Effett tal-għajnuna bħala inċentiv – Neċessità tal-għajnuna – Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”

1.      Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Applikazzjoni għall-proċeduri amministrattivi mibdija mill-Kummissjoni – Eżami tal-proġetti ta’ għajnuna – Portata

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 25, 38)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Obbligu li l-Istat Membru kkonċernat jiġi informat qabel l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6(1))

(ara l-punti 26, 27, 34)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Bidla fil-pożizzjoni tal-Kummissjoni fi tmiem il-proċedura – Diverġenza bejn id-deċiżjoni ta’ ftuħ u d-deċiżjoni finali – Ammissibbiltà

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7)

(ara l-punt 28)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kundizzjonijiet kumulattivi

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 43)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża – Miżuri fiskali ta’ eżenzjoni, ta’ tnaqqis tat-taxxi jew ta’ differiment tal-ħlas – Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 44, 45, 48)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Għanijiet segwiti mill-Istat – Assenza ta’ effett

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 46)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Distinzjoni bejn ir-rekwiżit ta’ selettività u l-identifikazzjoni simultanja ta’ vantaġġ ekonomiku kif ukoll bejn skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 77-79)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura ad hoc li tikkonċerna impriża waħda – Inklużjoni – Neċessità ta’ paragun tal-benefiċjarju ma’ operaturi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-għan segwit mill-miżura – Assenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 81)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Parametru rilevanti sabiex tiġi stabbilita n-natura selettiva tal-miżura – Introduzzjoni, bejn operaturi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli, ta’ differenzazzjoni mhux iġġustifikata min-natura u mill-istruttura ta’ skema fiskali ġenerali

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 85-88, 95, 97, 98)

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li għandha għan ta’ politika ekonomika jew industrijali – Assenza ta’ effett

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 94, 102-105)

11.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv ibbażat fuq motivazzjoni infondata – Distinzjoni

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 109, 111)

12.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika miżura bħala għajnuna mill-Istat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri

(Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punti 146-149)

13.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) u (3) TFUE)

(ara l-punti 160-162)

14.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Għajnuna għat-tħaddim – Esklużjoni

(Artikolu 107(3)(c) TFUE)

(ara l-punt 164)

15.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Kundizzjonijiet

(Artikolu 107(3) TFUE)

(ara l-punt 180)

16.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Għajnuna li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża benefiċjarja mingħajr ma hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 107(3) TFUE – Assenza

(Artikolu 107(3) TFUE)

(ara l-punt 181)

17.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Obbligi tal-Istati membri – Obbligu ta’ rkupru – Portata – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14)

(ara l-punti 197-200)

18.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat u determinazzjoni tad-destinatarji tal-ordnijiet ta’ ħlas lura – Diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom l-Istat Membru – Dmir ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 107(2) TFUE)

(ara l-punt 201)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deiċżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1827 tat-23 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA 28876 (12/C) (ex CP 202/09) implimentata mill-Greċja għal Piraeus Container Terminal S.A. u Cosco Pacific Limited (ĠU 2015, L 269, p. 93).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.