Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2018 minn Cuervo y Sobrinos 1882, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-374/17 – Cuervo y Sobrinos 1882 vs EUIPO – A. Salgado Nespereira

(Kawża C-780/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Cuervo y Sobrinos 1882, S.L. (rappreżentanti: S. Ferrandis González u K. Gibas, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u A. Salgado Nespereira, S.A.

B’digriet tat-22 ta’ Mejju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat u kkundannat lil Cuervo y Sobrinos 1882, S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________