Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2012 – Buxton vs Il-Parlament

(Kawża F-50/11) 1

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu – Rapport ta’ evalwazzjoni – Xogħol part-time – Trattament ugwali”

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dawn Cheryl Buxton (Lussemburgu, il-Lussemburgu), (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u N. B. Rasmussen, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li biha tagħti lir-rikorrenti punt wieħed ta’ mertu biss għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2009.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

D. Buxton għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.

____________

1 ĠU C 186, 25.06.11, p. 36.