Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 – Orange Romania SA vs Autoritatea Naţională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal
(Kawża C-61/19)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Orange Romania SA
Konvenuta: Autoritatea Naţională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal
Domandi preliminari
Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data 1 , liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni speċifika u informata?
Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni mogħtija liberament?
____________
1 Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).