Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía, Ceute y Melilla (Spanja) fis-27 ta’ Jannar 2020 – ZP vs Delegación del Gobierno en Melilla

(Kawża C-38/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Andalucía, Ceuta y Melilla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZP

Konvenuta: Delegación del Gobierno en Melilla

Domandi preliminari

L-Artikoli 18 49, 63 u 65 […] TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik ikkostitwita mill-Artikoli 18, 4 u 29 tal-Ley 8/1975, de 12 de marzo, de Zonas e Instalaciones de Interés para la Defensa Nacional (il-Liġi 8/1975 tat-12 ta’ Marzu 1975, dwar Żoni u Faċilitajiet ta’ Interess għad-Difiża Nazzjonali), u 37 tar-Real Decreto 689/1978, de 10 de febrero, por el que se aprueba el Reglamento de zonas e instalaciones de interés para la defensa nacional, que desarrolla la Ley 8/1975, de 12 de marzo, de zonas e instalaciones de interés para la defensa nacional (id-Digriet Irjali 689/1978 tal-10 ta’ Frar 1978, li Japprova r-Regolament dwar Żoni u Faċilitajiet ta’ Interess għad-Difiża Nazzjonali, li Jimplimenta l-Liġi 8/1975 tat-12 ta’ Marzu 1975 dwar Żoni u Faċilitajiet ta’ Interess għad-Difiża Nazzjonali), sa fejn tali leġiżlazzjoni timponi restrizzjonijiet serji fuq l-eżerċizzju tad-dritt tal-proprjetà mill-persuni barranin, inkluża n-neċessità li tinkiseb awtorizzazzjoni militari għall-eżerċizzju sħiħ ta’ tali dritt, li l-omissjoni tagħha hija suġġetta għall-impożizzjoni ta’ sanżjoni amministrattiva, li f’kull każ huma esklużi mill-applikazzjoni tagħha ċ-ċittadini Spanjoli, sa fejn tali restrizzjonijiet huma imposti fuq persuni barranin ta’ Stati terzi meta dawn jipparteċipaw f’attivitajiet suġġetti għal limitazzjoni flimkien ma’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikoli 18 49, 63 u 65 […] TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik ikkostitwita mill-Artikoli 18, 4 u 29 tal-Liġi 8/1975 tat-12 ta’ Marzu 1975 dwar Żoni u Faċilitajiet ta’ Interess għad-Difiża Nazzjonali, u 37 tad-Digriet Irjali 689/1978 tal-10 ta’ Frar 1978 li Japprova r-Regolament dwar Żoni u Faċilitajiet ta’ Interess għad-Difiża Nazzjonali, li Jimplimenta l-Liġi 8/1975 tat-12 ta’ Marzu 1975 dwar Żoni u Faċilitajiet ta’ Interess għad-Difiża Nazzjonali, sa fejn tali leġiżlazzjoni timponi restrizzjonijiet serji fuq l-eżerċizzju tad-dritt għall-proprjetà mill-persuni barranin, inkluża n-neċessità li tinkiseb awtorizzazzjoni militari għall-eżerċizzju sħiħ ta’ tali dritt, li l-omissjoni tagħha hija suġġetta għall-impożizzjoni ta’ sanżjoni amministrattiva, li f’kull każ huma esklużi mill-applikazzjoni tagħha ċ-ċittadini Spanjoli, jekk jirriżulta li tali restrizzjonijiet huma ġġustifikati fuq il-bażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mad-difiża nazzjonali, filwaqt li titqies esklużivament l-importanza tal-interessi pubbliċi marbuta mad-difiża nazzjonali għas-salvagwardja ta’ enklavi ta’ importanza strateġika partikolari?

____________