Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2010 - Dubus vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Dubus (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix ir-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi fil-grad AST4/C taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2009 u talba għal kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-20 ta' Novembru 2009, li ma tinkludix ir-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi mill-grad AST3/4 fil-grad AST4/C taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2009;

bħala konsegwenza ta' dan l-annullament, twettaq mill-ġdid eżami komparattiv tal-merti tar-rikorrent u tal-kandidati l-oħra taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2009 u tippromwovi lir-rikorrent fil-grad AST4C b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2009 kif ukoll il-ħlas ta' interessi fuq l-arretrati tar-remunerazzjoni bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament, mill-1 ta' Jannar 2009, miżjuda b'żewġ punti, mingħajr ma tikkuntesta l-promozzjoni ta' uffiċjali oħra promossi u li l-ismijiet tagħhom huma inklużi fil-lista ppubblikata fl-20 ta' Novembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-ammont ta' EUR 3 500 bħala kumpens għad-dannu morali subit minħabba li ma ġiex promoss fl-1 ta' Jannar 2009, bla ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda matul il-proċeduri;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________