Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Frar 2018 – Skatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa, id-Danimarka) vs KPC Herning

(Kawża C-71/18)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa, id-Danimarka)

Konvenuta: KPC Herning

Domandi preliminari

Huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 135(1)(j) u tal-Artikolu 12(1)(a) u (2), min-naħa, kif ukoll tal-Artikolu 135(l)(k) u tal-Artikolu 12(1)(b) u (3), min-naħa l-oħra, tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru jqis il-kunsinna ta’ proprjetà immobbli, li fuqha fiż-żmien tal-kunsinna jkun hemm bini, bħala l-bejgħ ta’ art għall-bini suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), meta l-intenzjoni tal-partijiet tkun li l-bini jitwaqqa’ totalment jew parzjalment sabiex jagħmel spazju għal bini ġdid?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1.