Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Mejju 2009 - Schopphoven vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikolaus Schopphoven (Zemmer, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/117/08.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) li ma jniżżilx isem ir-rikorrent fil-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08 u, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjonijiet tal-EPSO li rrifjutaw it-talbiet għal rieżami magħmula mir-rikorrent;

tannulla l-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________