Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ottubru 2018 – EN, FM, GL vs Ryanair Designated Activity Company

(Kawża C-629/18)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EN, FM, GL

Konvenuta: Ryanair Designated Activity Company

Domanda preliminari

Huwa konformi mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 li, f’kuntratt konkluż qabel titnissel it-tilwima, tingħażel il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ kawżi bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 2 ?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.