Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Awwissu 2019 – Ge.Fi.L. - Gestione Fiscalità Locale SpA vs Regione Campania

(Kawża C-618/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ge.Fi.L. - Gestione Fiscalità Locale SpA

Konvenuta: Regione Campania

Domanda preliminari

Dispożizzjoni ta’ liġi reġjonali bħalma huwa l-Artikolu 1(121) tal-legge della Regione Campania 7 agosto 2014, n. 16 (il-Liġi Nru 16 tar-Reġjun ta’ Campania tas-7 ta’ Awwissu 2014), li tippermetti l-għoti dirett, mingħajr sejħa għal offerti, ta’ kuntratt għas-servizzi marbuta mal-amministrazzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi tar-reġjun ta’ Campania lill-ACI, tikser id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ moviment liberu tas-servizzi u ta’ ftuħ massimu tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi għal servizzi?

____________