Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fis-26 ta’ Mejju 2020 – LM

(Kawża C-219/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LM

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

Intervenjenti: Österreichische Gesundheitskasse

Kompetenzzentrum LSDB

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll l-Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni li tipprevedi b’mod imperattiv terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin f’każ ta’ reat ta’ negliġenza f’proċeduri kriminali amministrattivi?

____________