Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda fir-rigward tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa llegali;

jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2012 li tikkonferma l-applikazzjoni tal-parametri msemmija fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 għat-trasferimenti tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.