Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 30 ta' Settembru 2010 - de Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/06) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta' kariga superjuri permezz ta' kompetizzjoni ġenerali - Kandidat imniżżel f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad b'applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal u Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Patricia de Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2005 li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal, diġà kklassifikata fil-grad A*10 u li għaddiet minn kompetizzjoni għall-gradi A5/A4, għal impjieg ta' Amministratur fid-Direttorat Ġenerali "Ġustizzja, libertà u sigurtà", sa fejn din timmodifika l-klassifikazzjoni tagħha mill-grad A*10 għall-grad A*9.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 108, 06/05/2006, p. 31.