Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 – Roulet vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda F-72/12 u F-10/13)1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ex membru tal-persunal temporanju fil-grad AD 12– Reklutaġġ bħala uffiċjal fil-grad AD 6 – Ħlas tar-remunerazzjoni ekwivalenti għal uffiċjal fil-grad AD 12 – Żball manifest – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Josiane Roulet (Ottignies, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad talba għal kumpens għad-dannu mressqa mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba żbalji mwettqa matul l-iffissar tad-drittijiet tagħha fid-dħul fis-servizz tagħha u għad-dewmien sabiex jiġu kkoreġuti dawn l-iżbalji. Min-naħa l-oħra, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi għall-irkupru ta’ somma mir-remunerazzjoni tar-rikorrenti, li preċedentement kienet membru tal-persunal temporanju fil-grad A4 (AD12) u sussegwentement uffiċjal fil-grad AD6, skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal.DispożittivIr-rikorsi fil-kawżi magħquda F-72/12 u F-10/13 huma miċħuda.J Roulet għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.