Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra LG, MH
(Kawża C-790/19)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Braşov
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
LG, MH
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li twettaq l-att materjali li jikkostitwixxi r-reat tal-ħasil tal-flus hija dejjem persuna differenti minn dik li twettaq ir-reat ewlieni (l-allegat reat li minnu jiġu l-flus suġġetti għall-ħasil tal-flus)?
____________
1 ĠU 2015, L 141, p. 73.