Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2010 - Chiavegato vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fulvia Chiavegato (Bettembourg, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tal-lista tal-uffiċjali promossi fis-sena 2009 kif ukoll, b'mod inċidentali, tal-atti preparatorji ta' din id-deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-lista tal-uffiċjali promossi fis-sena 2009 adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-13 ta' Novembru 2009 inkwantu din il-lista ma tinkludix l-isem tar-rikorrenti, kif ukoll, b'mod inċidentali, l-atti preparatorji ta' din id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________