Language of document : ECLI:EU:F:2008:148

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

25 ta’ Novembru 2008

Kawża F-53/07

Ivanka Iordanova

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Ċaħda tal-kandidatura – Diplomi”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu I. Iordanova titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/14/06 li tirrifjuta li tammetti lir-rikorrenti għall-eżamijiet ta’ din il-kompetizzjoni, u min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Diplomi ppreżentati jew esperjenza professjonali ċċertifikata

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikoli 1 u 5)

Il-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet għandha r-responsabbiltà li tevalwa, każ b’każ, jekk id-diplomi ppreżentati jew l-esperjenza professjonali ta’ kull kandidat tikkorrispondi għal-livell mitlub mir-Regolamenti tal-Perunsal u mill-avviż ta’ kompetizzjoni. Waqt illi huwa marbuta mat-test tal-avviż ta’ kompetizzjoni hekk kif ippubblikat, il-Bord tal-Għażla għandu f’dan ir-rigward setgħa diskrezzjonali wiesgħa u l-qorti Komunitarja għandha sempliċement tivverika li din id-diskrezzjoni ma hijiex ivvizzjata bi żball manifest.

(ara l-punti 34 u 35)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 11 ta’ Frar 1999, Mertens vs Il‑Kummissjoni, T‑244/97, ĠabraSP p. I‑A‑23 u II‑91, punt 44; 13 ta’ Marzu 2002, Bal vs Il‑Kummissjoni, T‑139/00, ĠabraSP p. I‑A‑33 u II‑139, punt 35; 28 ta’ Novembru 2002, Pujals Gomis vs Il‑Kummissjoni, T‑332/01, ĠabraSP p. I‑A‑233 u II‑1155, punti 39 sa 41; 11 ta’ Mejju 2005, De Stefano vs Il‑Kummissjoni, T‑25/03, ĠabraSP p. I‑A‑125 u II‑573, punt 34; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 11 ta’ Lulju 2006, Tas vs Il‑Kummissjoni, F‑12/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑79 u II‑A‑1‑285, punti 39 u 43