Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 – Pedeferri et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors – Persuni li jinvokaw il-kwalifika ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal tal-Unjoni Ewropea – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Stefano Pedeferri (Mornago, l-Italja) et (rappreżentant: G. Vistoli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi rikonoxxut l-istatus ta’ membru tal-persunal tar-rikorrenti

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 55, 19.02.2011, p. 36.