Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – MG vs HH

(Kawża C-946/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MG

Konvenut: HH

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussel I Riformulazzjoni”) jagħti dritt direttament eżegwibbli lil persuna li għandha d-domiċilju fi Stat Membru?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

Meta tali dritt jinkiser bit-tressiq ta’ proċeduri ġudizzjarji fil-konfront ta’ din il-persuna fi Stat terz, jeżisti obbligu fuq l-Istat Membru sabiex jipprovdi rimedju, anki permezz ta’ ordni intiża li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri f’ġurisdizzjoni oħra?

Tali obbligu jestendi għal każ fejn kawża tista’ tiġi ppreżentata fil-qrati ta’ Stat terz filwaqt li ma tistax tiġi ppreżentata taħt il-liġi applikabbli fil-qrati tal-Istat Membru?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ĠU 2012, L 351, p. 1).