Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Frar 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-11/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, L-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-konvenuta tiċħad talba għar-rimbors ta' 100 % ta' xi spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad iż-żewġ talbiet tas-27 ta' Diċembru 2007 dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent;

tannulla, safejn meħtieġ, in-nota tas-16 ta' Ottubru 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent, bħala rimbors ta' 100 % tal-ispejjeż mediċi, is-somma ta' EUR 356,18 jew somma iżgħar li t-Tribunal jikkunsidra ġusta u ekwa bħala rimbors, flimkien mal-interessi fuq din is-somma, li għandhom jibdew jiddekorru mill-ewwel ġurnata tal-ħames xahar wara l-ġurnata meta ż-żewġ talbiet waslu lid-destinatarju, bir-rata ta' 10 % fis-sena, bil-kapitalizzazzjoni annwali, bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal jikkunsidra ġusti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________