Language of document : ECLI:EU:C:2020:85


 


 



Digriet tal-Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2020
Walker et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

[Kawża C-789/19 P(R)]

“Appell – Digriet provviżorju – Spażju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Regolament (UE) 2018/1806 – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Rikors għal annullament – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors għal annullament”

1.      Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 119)

(ara l-punti 19-23)

2.      Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punti 31-34)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Hilary Elizabeth Walker u Jennifer Ann Cording kif ukoll Douglas Edward Watson, Christopher David Randolph u Michael Charles Strawson huma kkundannati għall-ispejjeż.