Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance d’Épinal (Franza) fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Cofidis SA vs YU, ZT

(Kawża C-616/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance d’Épinal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cofidis SA

Konvenuti: YU, ZT

Domanda preliminari

Il-protezzjoni li d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 tiżgura lill-konsumaturi tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, f’azzjoni mressqa minn professjonist kontra konsumatur u bbażata fuq kuntratt ta’ kreditu konkluż bejniethom, tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali milli, fit-tmiem ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li jibda jiddekorri sa mill-konklużjoni tal-kuntratt, tidentifika u tissanzjona, ex officio jew bħala riżultat ta’ eċċezzjoni mqajma mill-konsumatur, nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-obbligu li tiġi vverifikata s-solvenza tal-konsumatur previsti fl-Artikolu 8 tad-direttiva, dawk li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tidher b’mod ċar u konċiż fil-kuntratti ta’ kreditu previsti fl-Artikoli 10 et seq tad-direttiva, u, b’mod iktar ġenerali, id-dispożizzjonijiet kollha li jipproteġu l-konsumaturi previsti mill-imsemmija direttiva?

____________

1 ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.