Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Marinozzi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/15) 1

(Servizz pubbliku – Aġenti kuntrattwali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma joħloqx dannu – Inammissibbiltà tar-rikors – Talba għal deċiżjoni mingħajr diskussjoni dwar il-mertu – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gabrio Marinozzi (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment, G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal- proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda (DGE) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gabrio Marinozzi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 178, 01.06.2015, p. 27.