Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 – Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-40/12 P) 1

(Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH (rappreżentanti: F. Puel u L. François-Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni (T-79/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/F/38.354 - Boroż industrijali), dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, u talba għal bidla tal-imsemmija deċiżjoni.DispożittivL-appell huwa miċħud.Gascogne Sack Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.