Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2012 – BG vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża F-54/11) 1

(Servizz pubbliku – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Revoka – Eżistenza ta’ inkjesta preliminarja quddiem il-qrati kriminali nazzjonali fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa – Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BG (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: J. Sant’Anna, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li tapplika fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf tad-drittijiet għall-pensjoni. Konsegwentement, talba, prinċipalment, sabiex ir-rikorrenti tiġi riintegrata fil-post tagħha u, sussidjarjament, li jingħatalha ammont li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni li kieku hija kienet tirċievi bejn id-data li fiha daħlet fis-seħħ ir-revoka u d-data li fiha hija tilħaq l-età ta’ rtirar. Fi kwalunkwe ipoteżi, talba intiża għall-għoti ta’ ammont lir-rikorrenti għad-dannu morali subit.Dispożittiv Ir-rikors ta’ BG huwa miċħud.BG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Ombudsman Ewropew.