Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Haskovo (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Ottubru 2018 – SZ vs Mitnitsa Burgas
(Kawża C-652/18)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Haskovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SZ
Konvenuta: Mitnitsa Burgas
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità 1 u tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 20(1) tal-Valutnen Zakon (il-Liġi dwar il-Munita), li, għal ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, minbarra l-impożizzjoni ta’ multa kriminali taħt l-Artikolu 18(1) tal-Liġi dwar il-munita ta’ bejn BGN 1 000 u 3 000, tipprevedi wkoll, bħala sanzjoni kumulattiva, il-konfiska sħiħa tal-flus mhux iddikjarati, irrispettivament mill-oriġini u mid-destinazzjoni tagħhom?
____________
1 ĠU 2005, L 309, p. 9.