Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Belġju) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Procureur-generaal, parti oħra: X

(Kawża C-717/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur-generaal

Parti oħra fil-proċedura: X

Domandi preliminari

Għall-evalwazzjoni, mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin impost mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI 1 , kif traspost fid-dritt Belġjan permezz tal-wet van 19.12.2003 betreffende het Europees aanhoudingsbevel (il-Liġi tad-19 ta’ Diċembru 2003 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, iktar ’il quddiem il-“Wet EAB”), din id-dispożizzjoni tippermetti li jsir riferiment għal-liġi kriminali li hija applikabbli fl-Istat Membru emittenti fil-mument li jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew?

Għall-evalwazzjoni, mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin impost mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif traspost fid-dritt Belġjan permezz tal-Wet EAB, din id-dispożizzjoni tippermetti li jsir riferiment għal liġi kriminali fis-seħħ fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u li aggravat l-iskala tal-piena b’paragun mal-liġi li kienet applikabbli fl-Istat Membru emittenti fil-mument li fih twettqu r-reati?

____________

1 Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU 2002, L 190, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).