Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-105/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tad-29 ta' Ġunju 2011 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent indirizzat kontra ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg;
sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Marzu 2011 tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
____________