Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Lulju 2008 - Pouzol vs Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-28/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Komunitajiet - Deċiżjonijiet konfermattivi - Inammissibilità)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Pouzol (Combaillaux, Franza) (rappreżentanti: Mes D. Grisay, I. Andoulsi, u D. Piccininno, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri tad-29 ta' Novembru 2007 kif ukoll tal-proposti magħmula minnha lir-rikorrent fl-10 ta' Mejju 2007 dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fi Franza - Talba għal danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

M. Pouzol huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU L 116, 09.05.2008, p. 35.