Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Heilbronn (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 – Proċeduri kriminali kontra ZW

(Kawża C-454/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Heilbronn

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

ZW

Parti oħra fil-proċeduri: Staatsanwaltschaft Heilbronn

Domandi preliminari

Id-dritt Ewropew primarju u/jew sekondarju, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/38/KE 1 , fis-sens ta’ dritt wiesgħa taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqilqu u li jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, għandu jiġi interpretat bħala li jkopri wkoll dispożizzjonijiet kriminali nazzjonali?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-interpretazzjoni tad-dritt Ewropew primarju u/jew sekondarju tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni kriminali nazzjonali li tissanzjona l-fatt li wild li jinsab barra mill-pajjiż ma jiġix irritornat lit-tutur tiegħu, meta l-imsemmija dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni f’dan ir-rigward bejn l-Istati tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi?

____________

1     Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).