Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2013 – ZZ vs ESMA

(Kawża F-80/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: O. Kress u S. Bassis, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tipproroga l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u tad-deċiżjoni sussegwenti li jiġi mkeċċi u min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-estensjoni tal-perijodu ta’ prova;tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija;tikkundanna lill-ESMA sabiex tħallsu, bħala kumpens għad-danni subiti evalwati ex aequo et bono ta’ EUR 373 414 għad-dannu materjali u ta’ EUR 50 000 għad-dannu morali;tikkundanna lil ESMA għall-ispejjeż.