Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2020 – XC

(Kawża C-195/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XC

Parti oħra fil-proċedura: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

Domanda preliminari

L-Artikolu 27(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri 1 , kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ speċjalità ma jipprekludix miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà meħuda minħabba reat ieħor imwettaq qabel il-konsenja li jkun differenti minn dak li fuqu tkun ibbażata l-konsenja f’sitwazzjoni fejn il-persuna tkun telqet b’mod volontarju mit-territorju tal-Istat Membru emittenti wara l-konsenja u tkun sussegwentement ikkonsenjata mill-ġdid lejn it-territorju tal-Istat Membru emittenti minn Stat Membru ta’ eżekuzzjoni ieħor fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ġdid u f’sitwazzjoni fejn it-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jkun ta l-kunsens tiegħu li din il-persuna tkun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni, kundanna u eżekuzzjoni tal-piena fir-rigward ta’ dan ir-reat l-ieħor?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.

2     ĠU 2009, L 81, p. 24.