Language of document : ECLI:EU:T:2016:738





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Philips u Philips Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/14)

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Karti b’ċirkwit integrat – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Ksur minħabba l-għan – Ksur uniku u kontinwat – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ diliġenza – Prova – Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 – Avviż dwar it-tranżazzjoni – Preskrizzjoni – Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Valur tal-bejgħ”)

1.      Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni –Portata u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u legali tal-iżvilupp ta’ dan tal-aħħar – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur minħabba l-għan – Livell suffiċjenti ta’ noċività – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 54-59)

2.      Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq – Skambju ta’ informazzjoni bejn il-kompetituri – Għan jew riżultat antikompetittiv – Preżunzjoni – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 60-63)

3.      Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-prattika miftiehma u l-aġir tal-impriżi fis-suq – Preżunzjoni li hemm din ir-rabta kawżali – Oneru sabiex tiġi kkonfutata din il-preżunzjoni li jinkombi lill-impriża kkonċernata – Provi

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 64, 65)

4.      Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Prova tal-ksur – Prova unika – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 108)

5.      Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Prova tal-ksur – Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Possibbiltà tal-Kummissjoni li tipprevalixxi ruħha mill-illegalità tal-kuntratti li ma ġewx issanzjonati fid-deċiżjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 138)

6.      Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu ksur uniku – Eżistenza ta’ pjan ġenerali – Kriterji

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 168, 169)

7.      Akkordji – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali – Kriterji – Oneru tal-prova

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 170-175)

8.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza u ta’ mparzjalità

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punti 210, 211)

9.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Saħħa probatorja tad-depożizzjonijiet volontarji intiżi li tinstab ħtija kontra impriża u magħmula mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju bil-għan li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-avviż dwar il-kooperazzjoni

(Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 298/11)

(ara l-punt 215)

10.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Proċedura ta’ tranżazzjoni – Falliment ta’ proċedura ta’ tranżazzjoni – Dritt li tissokta mill-ġdid il-proċedura amministrattiva normali

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004; Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01)

(ara l-punt 256)

11.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Portata – Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ dokument – Konsegwenzi – Neċessità li ssir, fuq il-livell tal-oneru tal-prova li taqa’ fuq l-impriża kkonċernata, distinzjoni bejn id-dokumenti li huma prova kontra u dawk li jiskaġunaw

(ara l-punti 271-273)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Dħul mill-bejgħ globali tal-impriża kkonċernata – Dħul mill-bejgħ magħmul bil-merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur – Teħid inkunsiderazzjoni rispettiv – Limiti

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)

(ara l-punti 293-295)

13.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur – Evalwazzjoni skont in-natura tal-ksur

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19 sa 23)

(ara l-punti 311, 312)

14.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata

(Artoikolu 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

(ara l-punti 319, 320)

15.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha – Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)

(ara l-punti 326)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat), u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Koninklijke Philips NV u Philips France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.