Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 – Landkreis Südliche Weinstraße vs PF et

(Kawża C-830/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Landkreis Südliche Weinstraße

Konvenuti: PF et

Parti oħra fil-proċedura: Vertreter des öffentlichen Interesses

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tillimita l-obbligu ta’ awtoritajiet nazzjonali lokali (distretti amministrattivi) fir-rigward tat-trasport skolastiku lir-residenti tal-Istat federali (Bundesland) għandha effett diskriminatorju indirett, anki jekk ikun stabbilit, abbażi ta’ ċirkustanzi fattwali, li r-rekwiżit ta’ residenza b’mod predominanti jeskludi lir-residenti tal-bqija tat-territorju tal-Istat Membru mill-benefiċċju?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-organizzazzjoni effettiva tas-sistema skolastika tikkostitwixxi rekwiżit imperattiv ta’ interess pubbliku li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta?

____________

1 ĠU 2011 L 141, p. 1.