Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NF vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża T-192/16) 1

(“Rikors għal annullament – Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 – Stqarrija għall-istampa – Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ – Identifikazzjoni tal-awtur tal-att – Portata tal-att – Sessjoni tal-Kunsill Ewropew – Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Inkompetenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NF (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, P. O’Shea u I. Whelan, barristers)

Konvenut: Il- Kunsill Ewropew (rappreżentanti: K. Pleśniak, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim li ġie allegatament konkluż bejn il-Kunsill Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”.

Dispożittiv

Il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti biex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn NF.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NQ, NR, NS, NT, NU u NV, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea.

NF u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

NQ, NR, NS, NT, NU u NV kif ukoll ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 232, 27.6.2016.