Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 April 2013 – Demeneix vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/12) 1

“Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali – Portata tas-setgħa diskrezzjonali”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurent Demeneix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista taʼ riżerva peress li dan ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi taʼ ammissjoni għal din il-kompetizzjoni u talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L. Demeneix għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.