Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Verstreken vs Il-Kunsill

(Kawża F-98/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2008 – Proċedura ta’ promozzjoni 2009 – Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa – Motivazzjoni – Motivazzjoni ġenerali u stereotipata)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kathleen Verstreken (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba sabiex jiġu annullati d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009.

DispożittivId-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2011, li Kathleen Verstreken ma tiġix promossa fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009 hija annullata.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kathleen Verstreken.