Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2012 - ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-122/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Lecuyer, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tkeċċi lir-rikorrent u l-kumpens għad-dannu materjali u morali tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill li jitkeċċa r-rikorrent u, sa fejn meħtieġ, l-annullament taċ-ċaħda tal-ilment tiegħu kontra din id-deċiżjoni;

jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 160,181.85 b'mod provviżorju bħala kumpens għad-danni materjali tiegħu;

jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

____________