Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-14/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Rati ta’ multiplikazzjoni ta’ riferiment)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-M. Stenier u B. Schäfer, aġenti, sussegwentement B. Schäfer u I. Ni Rágain Düro)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

P. Schönberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

____________

1  ĠU C 138, 12.05.2012, p.33.