Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-23 ta’ April 2019 – Condominio di Milano vs Eurothermo SpA

(Kawża C-329/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Condominio di Milano

Konvenuta: Eurothermo SpA

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ konsumatur fis-sens tad-Direttiva 93/13/KEE 1 jipprekludi l-klassifikazzjoni bħala konsumatur ta’ suġġett tad-dritt (bħall-condominium fid-dritt Taljan) li la jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “persuna fiżika” u lanqas taħt dak ta’ “persuna ġuridika”, meta tali suġġett tad-dritt jikkonkludi kuntratt għal finijiet li ma humiex marbuta ma’ attività professjonali u jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel mal-bejjiegħ jew fornitur, kemm għal dak li jirrigwarda s-setgħa ta’ negozjar kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-livell ta’ informazzjoni?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).