Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' April 2011 - Honnefelder vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta' riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-11 ta' Frar 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż;

jekk ikun il-każ, jagħti sentenza fil-kontumaċja.

____________