Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2008 - Bertolete et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marli Bertolete (Woluwé-Saint-Lambert, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi kalkolu ġdid tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti b'implementazzjoni tas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-5 ta' Lulju 2007 fil-Kawżi F-24/06, F-25/06 u F-26/06.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' impjieg, fit-18 ta' Lulju 2008, li permezz tagħha ġew miċħuda l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti li jikkontestaw deċiżjoni mogħtija fit-23 ta' Jannar 2008, li stabbilixxiet kalkolu ġdid tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti, b'implementazzjoni ta' tliet sentenzi mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew, abbażi ta' rikors ippreżentat mir-rikorrenti, fil-5 ta' Lulju 2007, u li jikkontestaw ukoll il-multiplikaturi korrettivi li ġew applikati fiha sussegwentement, kif ukoll id-dokumenti ta' remunerazzjoni mogħtija lir-rikorrenti, skont l-imsemmija deċiżjoni tat-23 ta' Jannar 2008, għax-xhur ta' Frar, Marzu u April 2008;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla ukoll l-imsemmija deċiżjonijiet, li kontrihom kienu magħmula l-ilmenti tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________