Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2019 minn Luz Saúde, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-357/18, Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz

(Kawża C-622/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Luz Saúde, SA (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, P. Guerra e Andrade, G. Moreira Rato u M. Stock da Cunha, advogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Clínica La Luz

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Novembru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli u li Luz Saúde, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________